martes, 12 de agosto de 2008

xi haga bil-Malti!! (esta entrada es en Maltés)

Qieghed nikteb bil-Malti ghal dawk li qeghdin isegwu l-blog taghna u minhabba kwistjonijiet lingwistici ma jistghux isegwu l-avventura taghna u xejn xejn nikteb ftit bil-lingwa propja tieghi ghax ilni ftit ma nikteb bil-Malti!!

Illum ghalaqna gimgha minn mindu bdejna din il-mixja lejn Santiago de Compostela u sa issa nista nghid li hija esperjenza sabiha, differenti minn dak li kont qieghed nimmagina ghaliex hsibt li ser tkun ftit ehfef!! pero meta tkun qieghed timxi tinduna kemm il-hin jghaddi bil-mod u dak li tahseb li ser timxi fi ftit hin jehodlok aktar milli suppost ghaliex bil-basket fuq dahrek u bil-mixi ta' iktar jiem il-gisem jghejja hafna pero ovvjament trid tkun persistenti u tkompli!! ultreia et suseya (imxi 'il quddiem u imxi 'il fuq) din hija l-frazi tal-mixja u kif stajtu taraw fil-blog tfajna ukoll l-innu li hemm madwar din il-frazi li hafna drabi inkantawh kif nibdew nimxu!!

L-ewwel gimgha ta' din il-mixja kienet kemmxejn stramba ghaliex ,hlief ghelieqi nexfin bil-qamh diga mahsud, shana u lanqas naqra dell, ma sibniex pero kien anke mument fejn apprezzajt il-valur tal-ilma ghaliex jekk tinqabad bla ilma f'dik ix-xemx, tispicca hazin!!!Issa qalulna li gej is-sabih ghaliex ser naraw iktar haxix ahdar, muntanji ecc!!!

Ahna bhalissa ninsabu León u bejn wiehed u iehor ghamilna 160 Km pero b'kollox ser naghmlu 500 Km, jidher ftit hux!! imma ghalina ifisser hafna u jaghtina hafna kuragg. Illum hadna gurnata vaganza u zorna ftit il-Katidral ta' León u l-belt u ghaddejna gurnata ta' turisti anke biex inserhu ftit saqajna. Konna qeghdin noqghodu f'Kunvent taghna tal-Provincja ta' Castilla u veru laqghuna tajjeb ghaliex kulhadd dar maghna biex jara ftit l-esperjenza tal-mixja u raw li ma naqasna xejn!!

Insomma bejn wiehed u iehor din kienet xi haga zghir dwar il-mixja u nittama li jkolna iktar cans 'il quddiem biex niktbu xi affarijiet bil-Malti. Jekk tkunu tixtiequ thallu xi kumment fil-blog tiddejqu xejn anzi napprezzawh!!

Ha nhallikom ghax ghada ser inkomplu l-avventura taghna u fis-7am naqbdu t-triq ghar-rahal li hawn qrib fejn ser niehdu l-breakfast li jismu La Virgen del Camino u imbaghad ser norqdu Villadangos del Paramo li qieghed 20 km 'il boghod u mid-dehra ghandna xi telgha ukoll!!

Nibqghu f'Kuntatt u tislijiet

2 comentarios:

sanz coteron dijo...

Si el hombre ha llegado a la luna, vosotros seguro seguro seguro que LLEGÁIS A SANTIAGOOO!!!(algún día)

Desde burriana beach os deseamos muchichisimo ánimo y que la fuerza os acompañe para llegar a vuestra meta.
Besos de los sanz coterón.

A continuación ponemos el enlace de un video en el que lo realmente valioso es la letra de la canción, asi que ADELANTE!

http://www.youtube.com/watch?v=cDyQFEvZRrQ

Unknown dijo...

Sliem ghalikom. Nifirhilkom ghal dan il-pellegrinagg. Nghidilkom il-verita tigini x-xewqa li nkun maghkom. Iddispjacieni li Luke kellu jieqaf. Kuragg u taslu ma ddumux.

Tislijiet, Pierre Desira.