jueves, 21 de agosto de 2008

Wasalna Portomarin

Wara daqsxejn zmien sew, fl-ahhar ergajt inkorporajt ruhi mal-grupp fil-mixja! Wara vjagg ma jridx jispicca b´tal-linja (kwazi siegha w tlett kwarti..) u f´hin indicenti tas-siegha ta´fl-ghodu taghmel sitt sieghat train attent biex ma norqodx u nieqaf fl-istazzjon it tajjeb... fl-ahhar wasalt f´Sarria!!!! yay...

Laqghuna ferm tajjeb il- patrijiet benedittini fil-kunvent maravilljuz taghhom go Samos, fejn ghandhom zewg kjostrijiet bellezza u sahansitra dahhluna fil-librerija taghhom (ghax kellna x-xorti niltaqghu mal-pirjol ta´hemm ahna u hergin wara d-dawra tat-turisti normali!)

Hawnhekk m´ghandux x´jaqsam mal-inxufija f´Kastillja allinqas! Kullimkien mimli b´tipi differenti ta´sigar haxix u annimali! Kellna laqgha ma varji baqar, u monstri vegetarjani ohra... apparti l-imberkin tlajja u nzul ma kull mitt metru, hu post veru tal-genn! Fil-mumenti waqt il-mixja kellna hafna dell u bizzejjed postijiet fejn isserrah saqajk zewg minuti allinqas (apparti minn hekk il-hobza bil-bacon u gobon f´nofs it-trieq tghin hafna wkoll :P ) hehe!!

Ahbar tajjba ohra hi li llum missejna l-marka tal- mitt kilometru! u issa sar-rahal fejn qeghdin (Portomarin) naqqasna diga 10 mill mijja!! Hawn ir-rahal mibni hdejn xmara wiesgha impressjonanti! Komplu segwuna u itolbu ghalina!!

No hay comentarios: