viernes, 15 de agosto de 2008

Minn León ghal Rabanal

Wara l-jumejn ta' mistrieh li ghaddejna fil-kunvent ta' León, ergajna lura ghall-mixja!!! Ibierah wasalna Astorga, belt b'Katidral il-gmiel tieghu kif ukoll il-palazz tal-Arcisqof ta' Gaudí.

Illum kelna ftit telghat fil-mixja u milli jidher minn issa 'il quddiem ser ikolna hafna izjed!!! it-temp jidher li qed jissahhab u hemm xi possibilitajiet tax-xita (nittamaw li ma taghmilx meta nkunu mexjin!!). Wara l-mixja li ghamilna f'Castilla y León, ir-raba veru inbidel ghaliex minn kullimkien niexef u shana issa sigar u haxix ahdar flimkien mar-rih!!! imma insomma kull zona fiha it-tajjeb u l-hazin taghha!!

Esperjenza li nixtieq nirrakontalkom hija li lbierah fi triqtna lejn Astorga quddiem bieb ta dar kien hemm cestin bi frott u xi gallettini u nota zghir li tghid li l-frott u l-helu kienu ghall-pellegrini li jghaddu. Dan huwa ragel li b'mod voluntarju jhalli l-ikel quddiem id-dar.. Veru huwa gest sabih ghaliex matul il-mixja xi haga tal-helu ma ddejqekx!!

insomma ha nhallikom ghaliex ghada irridu inqumu kmieni u nittamaw li ma tkunx xita ghax ghat-telgha!!

tislijiet

No hay comentarios: